Il-klawżola ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà
L-utenti għandhom jaqraw il-klawżola ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà u d-dikjarazzjoni tad-drittijiet tal-awtur fir-rigward tal-informazzjoni dwar dan is-sit.
Il-klawżola ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà
L-għan ta’ dan is-sit web tal-Conseil des Notariats de l’Union Européenne (CNUE) huwa li jipprovdi sit web uniku (www.notaries-directory.eu), li fuqu jiġu ppubblikati d-direttorji nazzjonali tan-nutara, li diġà huma disponibbli għall-pubbliku f'diversi pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Billi jippermetti liċ-ċittadini Ewropej isibu faċilment nutar fl-Ewropa, l-iskop tas-sit web huwa li jipprovdi liċ-ċittadin pjattaforma unika li fuqha dawn ikunu jistgħu jsibu faċilment nutar fi kwalunkwe pajjiż tal-UE. Fl-istess ħin, huwa possibbli li wieħed isib nutar li jitkellem bil-lingwa tiegħu jew tagħha f’pajjiż ieħor. Din l-informazzjoni hija disponibbli bil-lingwi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Inti m’għandekx il-permess li tuża dan is-sit web għajr għall-finijiet privati, mhux kummerċjali li ġejjin: (i) biex tara dan is-sit web; (ii) tibgħat messaġġ lil nutar; (iii) tmur fuq siti web oħra permezz tal-links ipprovduti fuq dan is-sit web; u (iv) tuża faċilitajiet oħra li jistgħu jiġu pprovduti fuq is-sit web.
L-użu ta’ sistemi awtomatizzati jew softwer għall-ksib ta’ data minn dan is-sit web għal finijiet kummerċjali (“screen scraping”) huwa pprojbit.
Il-kontenut ta’ dan is-sit web jaqa’ taħt ir-responsabbiltà unika tas-CNUE. Il-kontenut tal-informazzjoni huwa kkomunikat u aġġornat mill-kmamar nazzjonali tan-nutara, taħt is-superviżjoni tas-CNUE. B’referenza għall-Artikolu 19 tal-GDPR, il-kmamar nazzjonali (il-kontrollur) għandhom jinnotifikaw lis-CNUE – li lilu tkun ġiet ikkomunikata d-data personali - dwar kwalunkwe rettifika jew tħassir tad-data personali (li tikkonċerna n-nutara) jew dwar kwalunkwe limitazzjoni tal-ipproċessar imwettaq bil-għan li s-CNUE jkun jista’ jintegrahom fid-Direttorju Ewropew tan-Nutara. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċetta l-ebda responsabbiltà għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni li jkun fih.
Dikjarazzjoni tad-Drittijiet tal-Awtur
It-test u d-data multimedjali (ħsejjes, immaġni, softwer, eċċ.) jistgħu jiġu riprodotti jew jintużaw biss b’awtorizzazzjoni minn qabel. Kwalunkwe tali awtorizzazzjoni se tindika b’mod ċar kull restrizzjoni tal-użu.
Nota
F’każ li jkun hemm xi diskrepanza bejn is-sinifikati ta’ kwalunkwe verżjoni tradotta ta’ din iċ-Ċaħda ta’ Responsabbiltà, għandu jipprevali s-sinifikat tal-verżjoni tal-lingwa Ingliża.